X’se jigri fil-Kunsill lokali ta’ San Pawl?

 

F’kummenti li ta lil dan s-sit l-ex kunsillier Nazzjonalista Joseph Vella li ghadu kif irrizenja mil-P.N. filwaqt li zamm s-siggu bhala kunsillier indipendenti ta x’wiehed jifhem li huwa ghandu l-intenzjoni li jerga’ jikkontesta l-elezzjoni li jmiss pero’ mhux bhala kandidat tal-P.N.

Fil-kummenti tieghu huwa qal hekk – ”Edwin Vassallo ha vot fil parlament kontra dak li vvutaw shabu tal PN fuq il ligi tal gays u ma deherx quddiem l amministrattiv. Jien li vvutajt vera ghal gid tal lokalita fuq xi haga li hassejt hija hazina u tlabt biex terga tinhareg sewwa.. Robert Cutajar hareg jikkritikani fl istqarrija tieghu. Il Kap talab bil barka ta Robert biex jiehdu passi dixxiplinarji kontrija fejn il hsieb kien li nitkecca mil PN… Fejnu l free vote li qed il PN jippridtka bih?”

Qal ukoll ”Jien lest li nahdem ma kulhadd u li ma ghandi xejn personali kontra s-Sindku Graziella Galea u anki l-Partit Laburista ghax nemmen li l lokalita l-ewwel u r-resident.”

Finalment qal li ”Dixxiplina l-Kap ghandu jibda minnu l-ewwel.”

Bhalissa, wra li rrizenjaw 3 kunsillieri tal-P.N.,  fil-Kunsill lokali ta’ San Pawl l-Partit Laburista ghandu 6 kunsilliera, l-P.N. ghandu 5 kunsilliera u 2 kunsilliera huma indipendenti. Jidher ghalekk li l-P.N. tilef l-maggoranza u jista’ jkun hemm bidla fis-sindku li fil-prezent huwa tal-P.N.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *