Lou Bondi’

Kulhadd jiftakar dak l-famuż Bondi+ ta Jannar 2012 meta suppost kelli niġi intimidat u minflok msaht l-art bih, umiljajtu u rridikolajtu. Lou Bondin huwa wiehed mis-simboli tat-telfa PN 2013, tant li Simon Busuttil stess, meta mitlub minn Bondin wara l-elezzjoni 2013 biex jidhol fil-media P.N. qallu le, f’dik li hi possibbilment wahda mill-aqwa deċiżjonijiet li qatt ha Simon Busuttil. L-fatt li l-Labour hadu on board hija wahda mill-aktar deċiżjonijiet mistmerra mil-Laburisti ghax jarawh opportunist ta’ barra minn hawn, wara li ghamel ghoxrin sena jaqlaghlhom. Pero ovvjament din kienet deċiżjoni makakka tal-Labour, mhux ghax saru jhobbuh iżda ghax x-Xitan irid hekk.

Mela dan l-bniedem n-Nazzjonalisti joboghduh ghax jarawh li kkontribwixxa ghat-telfa 2013, biex ma nsemmux t-telfa P.N. tal-1996, filwaqt li l-Laburisti li kien xeba’ jghajjarhom, jarawh bhala opportunist enormi. Mela dan l-bniedem prattikament f’Malta ma jahmlu hadd.

Lili hames snin ipprova jaghmilli l-hsara ghaliex? Ta’ opportunist li hu ried jimbotta lil siehbu Manuel Delia fil-Hames distrett u allura ried jaghmilli bsaten fir-roti. Dan Delia li flimkien ma sieheb Adrian Delia, Georg Sapiano fasslu l-fjask tal-Arriva, lanqas inġabar u gab 300 vot.

Jekk Adrian Delia mqar jidhol fil-P.N. dawn l-klikek jergghu jirxoxtaw – Manuel Delia, Georg Sapiano, Lou Bondi.

Issa jien ghax ġentlom u qalbi tajba jien dan kollu kont tfajtu warajja, nsejtu u lil Lou Bondi dejjem nsemmih fit-tajjeb, nsellimlu u niccajta mieghu fejn narah. Izda dawn m’ghandomx min-nies. Kull opportunita’ li tigiha lil martu jew partner tieghu Rachel Attard tipprova li l-kwalitajiet hziena u koroh tar-raġel taghha titfahom fuqi. U ghal kollox hemm limit u ilni nissaporti, ninnota u ma nitkellem xejn anzi nkompli nkun ġentlom.

Issa l-Independent, protagonista prinċipali tat-telfa P.N. u wara t-telfa P.N. ta xahar ilu hadu intervista lil Lou Bondi fejn qal li Simon Busuttil ma riedux u allura mar mal-Labour. Jekk ghandi xamma politika biżżejjed dan kien l-ewwel pass biex Pierre Portelli U Adrian Delia jdahhlu lil Bondi fil-qalba tal-PN. Peress li jahsbu li n-nies imbeċilli, u li nesew kif Bondi huwa sinonimu mat-telfiet PN 1996 u 2013, qed jippruvaw jimmanipulaw l-imhuh tan-nies – la ma kienx hemm fit-telfa 2017 allura verġni dan jitwieled mill-ġdid.

Nhar l-Erbgha Rachel Attard hadet ntervista lil Adrian Delia li qed ikun imbuttat (immanipulat)  minn Pierre Portelli ghal kap tal-PN. Ma nafx kif ma staqsietux x’jaghmel b’Lou Bondi jekk ikun kap, ladarba huwa maghruf li Lou Bondi ghamel tant hsara lil PN, imma staqsietu dwari.  Dan Delia peress li m’ghandux idea ta’ politika wieġeb kif wieġeb u dik tkun s-suġġett ta’ Blog iehor.

Ghaziza Rachel meta trid titkellem fuq nies divizivi, mibghuda mill-popolazzjoni kważi kollha u opportunisti m’ghandekx ghax tmur ‘l boghod – Lou Bondi. Jekk Delia se jżomm barra nies li ghamlu hsara lil PN wiehed mill-aktar li jrid iżomm ‘l boghod huwa Lou Bondi – mhux hekk? Dan lanqas Simon ma dahhlu!

L-iskop ta’ Rachel Attard mhux biss li tattakka lili b’mod inġust u kattiv iżda bi process ta’ projection li taddossa fuqi l-kwalitajiet koroh ta żewġha jew partner x’inhu – l-aspett divisiv, l-opportuniżmu u l-fatt li hadd ma jahmlu. Dan huwa l-aghar forma ta’ ġurnaliżmu. Dawk huma kwalitajiet ta Bondi. Jien hafna Nazzjonalisti jahsbu li kelli raġun ( se jkun pubblikat survey)  u l-Laburisti jhobbuni. Kif jien divisiv? Anzi bil-maqlub.

U ghaziza Rachel lili hallini bi kwieti ghax jien lilkom mhux talli hallejtkom bi kwietkom talli nixtieqilkom kull gid kull meta nsemmikom.

Fi ftit kliem Adrian Delia jfisser doża qawwija t’arroganza b’nies fil-PN bhal Lou Bondi’, Georg Sapiano u Pierre Portelli, bniedem tant sinonimu mat-telfa ta’ xahar ilu. Dawn huma nies maghrufa sew ghall-arroganza taghhom.

B’dawn n-nies fit-tmexxija l-PN mhux ma jirbahx elezzjoni iżda jispiċċa. Jien lili dan kollu ftit jinteressani ghax ilni 4 snin mhux attiv fil-PN iżda hu semmieni mhux jien.

Lil Delia jien frahtlu u awgurajtlu u qatt fl-ghoxrin sena li ilni nafu m’ghidt l’iċken kelma kontrih. sa ftit ilu kien qed jistedinni ghall-ikel! Imma aktar dwar dan fi Blogg iehor. L-kummenti ta’ Delia politikament lili ma jaghmlulix differenza – Delia mhu hadd, sempliċi tesserat, imma fuq bażi umana jweggghuni.

 

5 thoughts on “Lou Bondi’

  • July 2, 2017 at 2:46 am
    Permalink

    LOL!!! Il-Lejber accetta lil-Bondi, u din decizjoni mistmerrija mill-laburisti? U jekk il PN jerga jaccetta lilek x’tahseb li jigri? Li ahna Nazzjonalisti insiru inhobbuk? PINNUR!!!

    Reply
    • July 6, 2017 at 3:30 pm
      Permalink

      Franco Debono saret ingustizzja mieghu mill -partit tal-P.N.Il-partit taghna stess.So please tkellem ghalik, Jiena u hafna ohrajn bhali ghandna pjacir bih lura fil-P.N. Ghaliex Franco Debono kellu jiehu pozizzjoni xierqa mil-Labour party,u mhux mill-partit li tant hadem ghalih, u ghaliex qatt ma taw widen meta’ tkellem?

      Rigward Lou Bondi ma nistax nitkellem ghaliex ma nafx ezatt x’gara.

      Il-Partit tal P.N ghandu bzonn membri li jitkellmu bil-verita. Grazzi.-C.C

      Reply
  • July 1, 2017 at 6:26 pm
    Permalink

    jien smajt li anke lilek irdu biex tohrogmal pn ,issa iprova halli jekk tara l pn jitkiser toqod thabbat fuq sidrek u tghid mija kulpa ,dak il partit kemm tista aharbu isma mini ghax ma fih hobz .il pn qatt mma kellu kap dak it taparsi kap jitmexxa min magna u int taf iktar mini ghax kont ta gewwa inselimlek

    Reply
  • July 1, 2017 at 11:58 am
    Permalink

    L-fatt li l-Labour hadu on board hija wahda mill-aktar deċiżjonijiet mistmerra mil-Laburisti ghax jarawh opportunist ta’ barra minn hawn, wara li ghamel ghoxrin sena jaqlaghlhom. Verissimu, Wahda mid decizjonijit li WEGGET LIL LABURISTI.

    Reply
  • June 30, 2017 at 2:05 pm
    Permalink

    If Adrian Delia is friends and inviting you for dinner, who needs enemies?

    Reply

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *