Tixwix ma jhallikx tara

    4 june4 ta’ Gunju 2017

Mela wara li kif appena hareg r-rizultat elettorali gejt ibbumbardjat b’mijiet jekk mhux issa eluf ta’ messaggi, emails, SMS u telefonati jehguni biex nerga lura fil-P.N. peress li kien evidenti li kelli ragun qabel l-2013 u jekk mhux ukoll nikkontesta ghal-kap, ma setax jonqos li jkun hem min ma jaqbilx. Wara kollox f’kull partit kulhadd ikollu hbieb u ghedewwa u hadd ma jkollu l-appogg ta’ kulhadd.

Indipendentement minn x’inhoss jew x’se naghmel jew ma naghmilx, ghax jien m’ghamilt l-EBDA dikjarazzjoni f’dan s-sens laqtuni xi raginijiet migjuba minn dawk li ma jaqblux. Jien qrajt l-messaggi u smajt lil kulhadd b’rispett ghax hekk jidhirli li ghandi naghmel. Dawn huma sejhiet genwini minn nies tal-affari taghhom inkluz professjonisti, negozjanti u nies fil-P.N., tesserati u anke involuti fl-istrutturi.

Wahda mir-ragunijiet tal-kontra thallik b’halqek miftuh. Ghax wara l-elezzjoni 2013 inti mort ticcelebra mal-Labour. Inkredibbli. Kieku jahsbu ftit lanqas jghiduha. Imma t-tixwix la jhallik tara u lanqas tirraguna!

1. Kemm l-darba spjegajt kif mhux jien mort, imma xi hbieb tieghi gew d-dar u genwinament haduni maghhom l-pjazza ta’ Hal-Ghaxaq stess, ftit metri boghod mid-dar,  peress li kienu jafu bl-insulti u theddid li kont ghaddejt minnhom kif kienet taf Malta kollha;

2. Nistaghgeb kif hawn min wara li twarrabt mil-P.N. gejt mghajjar, nsultat u mhedded b’mod li kieku tela’ l-P.N. jista’ jkun dak z-zmien kien ikolli nemigra, imbaghad hu tant arroganti li jhoss li jista’ jikkmandani fejn immur niccelebra jew ma mmurx. Arroganza ikbar minn din qatt ma rajt.

3. Min-nofs in-nhar ta’ Jum l-Votazzjoni u l-ghada l-Hadd 2017 mhux talli ma mortx niccelebra, talli kont Kemmuna. L-P.N. xorta tilef b’ERBGHIN elf vot. Ghaliex? Ghax mhux jien kont l-problema. Qatt.

4. T-tixwix tant jaghmihom li lanqas jindunaw li illum fil-P.N. hemm Marlene Farrugia li mhux ticcelebra marret izda kkontestat l-elezzjoni mal-Labour darbtejn, u wara li kienet fil-P.N., telqet, marret Labour, telqet, imbaghad P.D. u lura P.N. Jien mill-banda l-ohra l-uniku partit li kont membru tieghu huwa l-P.N.

5. Huwa ovvju li ghas-sitwazzjoni prezenti fil-P.N. jahti min kien u qieghed hemm mhux min ilu mhux attiv aktar minn erba’ snin u li kien prova jiftah ghajnejn l-partit biex jigi evitat dan kollu!

Meta tirrinfaccjahom b’dawn l-fatti hadd ma jwiegeb. Jisparixxu. Ghaliex? Ghax t-tixwix mhux argument u partit li jahseb li jista jibni fuq t-tixwix ikun jibni fuq r-ramel – jikkrolla kollox, pero’ l-hsara tkun saret.

Jien t-tort mhux lil dawn n-nies naghtih izda lil min sqishom tant mibeghda li wasslet kissret partit. Qed nghid dan kollu sempliciment u ghall-unika raguni ghax t-tixwix jaghmel hsara u mhux sewwa. T-tixwix igib l-inkwiet ghax ma jhallikx tara car u ma jhallikx tirraguna. Ma tindunax dak li tkun qed tghid kemm ikun dghajjef u bla sahha.

Wiehed jista’ ma jaqbilx pero r-raguni ghandha tirrenja. R-raguni hija l-aqwa rimedju kontra t-tixwix. Ahna lkoll ahwa Maltin.

6 thoughts on “Tixwix ma jhallikx tara

  1. Dejjem kellek ragunu ghami dak li jibqa jghid li bxi mghod kien tort tieghek. Pn kien ilhu inaqqas il voti min elezjoni ghal ohra, sabu ghadma ibsa u mhux qed jindunaq li bli qedien jghamlu qed jghamlu aktar hsara. They need to change mentality and attitude u int bniedem li tista isalva lpartit. Jien hekk nemmen.

  2. Veru li f’dawn l-ahhar 4 snin m’ghamilt l-ebda hsara lill-partit, imma lanqas smajtek taghti l-opinjoni tieghek fuq dak li kien ghaddej minnu l-pajjiz.
    Jien nahseb li fl-2013 kellek ragun, imma ma qbiltx mieghek fuq il-metodi li wzajt biex twassal il-messagg tieghek, anke jekk kont ilek tipprova taghmel dan. Kieku stennejt l-elezzjoni tghaddi, li kienet certa fejn kienet se tmur, kieku l-affarijiet setghu bdew jitrangaw wara l-elezzjoni, u kieku min jaf, forsi kont tokkupa xi kariga gholja fil-partit. Forsi ma konniex nispiccaw f’din il-pozizzjoni llum, min jaf?
    Imma biex terga tikseb il-fiducja tal-partitarji tal-PN, irridu nkunu nafu fejn int u kif tahsibha bhalissa. Kif ghidtlek ebda kumment min-naha tieghek fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiz, ebda kumment kif thossok issa fuq il-PN, ebda kumment jekk tixtieqx terga lura fil-partit, jekk tridx tkun parti mit-tmexxija tal-partit, ecc ecc
    Skuzani ktibt fit-tul
    Grazzi

  3. Fil fond ta qalbom franco kienu jafu li kellek ragun inlkluz jiena u familja tieghi hasra li ma nistawx nivvutawlek ghax mghadnix tesserati,isa to late ghax labaur qed nivvutaw ghax taht labour qedin sew.

  4. Sur Franco Debono jiena lili ma tikkonvincinix. Kellek kemm kellek ragun l-agir tieghek dak iz-zmien halla impatt negattiv fuq ghemilek.Jiena mhux ha noqghod indur mal lewza,imma nemmen li inti fil-mument tal-prova fallejt. Ma qbiltx ma ghemilek u l-mod kif gibt ruhek mal-partit u ma dawk il-membri li fdawk bil-vot taghhom.Infakkrek li inti kont fuq vapur,kellu toqba u inti pruvajt tgharrqu u issa li salva l-vapur u salpa inti trid titla lura fuqu?X’tissejjah Sur Debono?Xi hero jewwilla?Sorry ma nahfirlek qatt.Nistenna twegiba.
    Grazzi u sahhiet.

  5. Hello Franco,
    jien wiehed min dawk li dejjem kont nazzjonalist u ghandi 46 sena u l ewwel elezzjoni li ivvutajt kienet dik tan 1992. Rabti u ttesserat ukoll mal PN ghal ghomri.
    Jien kont wiehed li f dak il mument meta beda l inkwiet tieghek mal partit jien ma qbiltx mieghek ghal ragunijiet differenti….u wahda mir ragunijiet kienet li jien ma kontx qied nifmek f dak il mument. Ghadda z zmien u waslet din l elezzjoni u sa dak il mument jekk xi hadd issemmik rigward ta politika,jien kont adni ma naqbilx mieghek. Imma z zmien ta tort lili u ndunajt li kont fi zball nahseb hekk…… tant hu hekk li jien kont wiehed fil counting hall n Naxxar u meta hareg r rizultat li kien car li hemm 35 elf zgur, jien semmejtek u ghidtilhom li Franco kellu ragun b dak li kien jghid 100 fil 100…… naturalment min qabel mieghi u min le, imma ftit ferm min dakinhar sa llum sibt min ma jaqbilx ma dak li gara u l storja titkellem wahida.
    Jien nixtieq li int terga tersaq qrib l partit izda naf li mhux xi haga facli, Imma jekk hemm xi possibilta jien se nkun wiehed li nappoggjak……

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *