Grazzi

Hadd, qabel l-ahhar elezzjoni ma kien ibassar li Louis Galea ma kienx se jitla minn ebda wiehed minn zewg distretti jew li Helen Damato u Tony Abela, it-tnejn membri tal-kabinett ma kienux se jigu eletti. Izda hekk gara. Dan ifisser li hadd mill-kandidati fl-elezzjoni generali, ikun ma liema partit ikun, u jkun jokkupa liema kariga li tkun,  ma jkollu xi garanzija li se jigi elett.

Biss nghid li l-Hames distrett illum huwa facli aktar minn hames snin ilu – m’ghadx hemm tliet membri tal-kabinett, Louis, Ninu, Helen. Kienet kwazi impossibli li nigi elett, minflok Helen Damato u Louis Galea, u qabel l-ahhar elezzjoni hadd ma kien jobsor li se jirnexxieli.

Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-familji tal-Hames distrett li tawni l-privilegg u l-unur li nirrapprezentahom fil-parlament. Qabel l-elezzjoni qeghedtom li se nkun il-vuci taghhom u hekk ghamilt. It-theddid, l-insulti u l-attakki ma waqqfunix milli nkun u nibqa fuq in-naha tal-poplu.

Wara l-fjask tal-Arriva f’Novembru 2011, f’sensiela ta fjaski ohra u skandli magguri tal-gvern, jien kont qed inhossni skomdu immens fil-Partit. Astjenejt fil-parlament u rrizenjajt mill-partit. Lanqas biss hohlom li nikkontesta ma partit f’dan l-istat dizastrus, b’Austin Gatt gej u sejjer id-Depot.

Skandlu wara iehor ta Austin Gatt u Gonzi mhux qatt ma talbu jerfa l-konsegqwenzi ta ghemilu, talli jiddefendih b’mod isteriku.

L-grajjiet tal-ahhar sena jafhom kulhadd, s-sejhiet tieghi ripetuti ghal-kostituzzjoni gdida, parlament suret in-nies, ligi dwar partiti politici u finanzjament tal-partiti, riformi kbar fil-gustizzja u fl-intern, sejhiet ghal meritokrazija, u biex is-sistema taghna li ddegenerat f’Oligarkija terga lura ghad-demokrazija shiha.

Kburi li mhux biss, mill-backbench, wassalt ghal-qasma bejn il-ministeri tal-gustizzja u l-intern, u wassalt ghall-introduzzjoni tad-dritt fundamentali tal-asistenza legali ghal persuni arrestati, izda talli kont il-katalist ghal rivoluzzjoni fil-hsieb li zgur se tibqa hajja u twassal biex l-poplu jinghata pajjizu lura.

F’hajti kelli tliet holmiet – li nahdem bhala avukat fil-kriminal, li jkollu l-privilegg li nirrapprezenta l-poplu fil-Parlament, u li naghmel perjodu nahdem f’pajjiz li tant inhobb, l-Italja, filwaqt li nzomm ukoll il-prattika li ghandi f’Malta u li bnejt b’tant sagrificcju.

Wara l-episodji ta Xarabank u TVHEMM, li kixfu b’mod komplet l-istat skandaluz tax-xandir pubbliku, eluf ta’ nies minn Malta kollha, li uhud minnhom kienu ilhom ihegguni biex nwaqqaf partit, aktar nsistew mieghi biex nwaqqaf dan l-partit. Ghandi dikjarazzjonijiet miktuba minn mijiet ta persuni anke professjonisti f’diversi oqsma li lesti jkunu membri kif appenza jitwaqqaf l-partit.

Qatt ma kien ghaddieli minn mohhi li nwaqqaf partit jew affarijiet minn dawn pero hassejt li kien fid-dover tieghi li nisma’ u hekk ghamilt. Minkejja li kont ghadni m’ghamiltx home visit wahda, sibt appogg sostanzjali mill-Hames distrett, id-distrett li ilni nikkontesta sa mill-eta ta 24 sena, fl-1998. Kull elezzjoni rduppjajt il-voti tieghi.

 Sa dalghodu stess persuni mill-Hames distrett baqghu icempluli biex jinsistu mieghi li9 ghandi nikkontesta sabiex nkun il-vuci taghhom. Nghid illi mijiet ta nies mill-Hames distrett hegguni biex nikkontesta u weghduni ghajnuna. Jien stess kellimt persuni ohrajn li wkoll urew appogg. Ovvjament kien hemm ukoll min kellu fehmiet differenti.

Dan kollu poggieni f’posizzjoni biex fl-ahhar jiem kelli decizjoni iebsa x’naghmel. Kulhadd jaf li dejjem hadt l-politika b’serjeta kbira, pero mill-banda l-ohra kont diga tfajt hsieba band’ohra fuq haga li ilni snin nixtieq naghmel.

Mal-Partit Nazzjonalist ma nixtieqx ikolli x’naqsam. Kburi li ddistakkajt ruhi minn din l-organizzazzjoni li sahansitra tilfet kull sembjanza ta’ partit politiku. Specjalment wara dan l-iskandlu tax-xiri taz-zejt. Ghal darb’ohra – Austin Gatt jizfen fin-nofs.

Filwaqt li t-tentazzjoni li nikkontesta hija kbira hafna ghax imbuttat minn mijiet ta persuni li genwinament jemmnu fir-riformi li jien proponejt, u fis-sejhiet tieghi sabiex n-naha t’isfel ta’ Malta tinghata l-attenzjoni xierqa,  filwaqt li nirringrazzjahom minn qalbi, jiddispjacini li aktarx se niddizappuntahom.

Illum kulhadd jafni kemm nirrifletti fit-tul qabel niehu decizjoni u kemm  niehu decizjonijiet b’serjeta.

Nixtieq illi dak li ppriedkajt dwaru fl-ahhar snin u li jinsab registrat fid-diskorsi tieghi u l-mozzjonijiet fil-Parlament jinzamm haj u jigi implimentat, sabiex Malta mhux biss tkun taghna lkoll izda wkoll pajjiz hafna ahjar milli hu illum, wara li Gonzi u l-klikka kaxkru lil dan il-pajjiz ‘l isfel lejn il-polarizzajjoni politika tas-snin sittin meta l-Arcisqof Gonzi kien qed jaghmel l-istess hsara lil Knisja bhal ma Lawrence Gonzi qed jaghmel lis-socjeta Maltija u lil klassi politika illum.

Araw x’qal huh stess dwaru, kif iddeskrivieh.

Gonzi jaf li fost il-kandidati tieghu hemm  min mhux biss mhuwiex ta kondotta xierqa izda diga gab ghajb u  disrispett lil Parlament. M’ghandu ghalfejn jaghmel ebda screening. Fatti cari li graw anke pubblikament u  taht ghajnejh. Dan qed ikompli jaghmel hsara kbira lil klassi politika.